Il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet aktar tard.
Dan sostnieh f’kummenti fi tmiem laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista li saret illum waranofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kien il-Prim Ministru li sejjaħ laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista biex jiddiskuti s-sitwazzjoni preżenti b’rabta mal-każ ta’ Jean Paul Sofia.
Dan wara li llum daħlet talba għand l-Avukat Ġenerali biex jiġi estiż it-terminu tal-inkjesta maġisterjali fil-każ imsemmi.
Fil-fatt il-Maġistrat Marseanne Farrugia reġgħet talbet estensjoni ta’ 60 ġurnata oħra biex tikkonkludi l-inkjesta maġisterjali wara li ilha biex tagħlaq ir-rapport għal seba’ xhur u nofs.