Il-Prim Ministru Robert Abela se jkun intervistat mill-ġurnalist Karl Azzopardi, l-Erbgħa filgħaxija fil-Gudja.
Fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, fi Triq San Mark, il-pubbliku hu mħeġġeġ jattendi għal attività fejn il-Prim Ministru mistenni jwieġeb dwar diversi temi kurrenti.
Din hi waħda mill-attivitajiet li l-Partit Laburista qiegħed jorganizza fis-sajf.
Is-Sindku tal-Gudja Marija Sara Vella ħeġġet lill-pubbliku jattendi għal din l-attività, li qed issir fil-lokalità li tmexxi hi.
Qalet, “Bħala Sindku tal-Gudja, dejjem pjaċir tagħna li nilqgħu lill-Prim Ministru fir-raħal tagħna u għalhekk nistieden lir-residenti biex ikunu magħna biex isegwu din l-intervista. M’għandix dubju li se jkun avveniment interessanti fejn ikun diskuss il-messaġġ tal-Partit Laburista u tal-Gvern għal pajjiżna, fi spirtu ta’ għaqda u rispett.”