Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr Lydia Abela bdew il-ġurnata tagħhom fis-suq taż-Żurrieq viċin in-nies, fejn dalgħodu tkellmu man-nies li kienu ħerqana biex jiltaqgħu magħhom.
Hawn il-Prim Ministru u Dr Lydia Abela komplew imexxu l-messaġġ tal-Partit Laburista għal din l-elezzjoni ġenerali u tenna l-għajta ta’ Malta Flimkien.
Il-Prim Ministru u martu ntlaqgħu tajjeb min-nies taż-Żurrieq fejn esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-ħidma tal-Partit Laburista tul din il-kampanja elettorali.
Fost l-oħrajn huma kienu speċjalment grati għall-ħidma tal-Partit Laburista tul is-snin biex iżid l-aċċessibilità għall-mediċini u l-pensjonijiet.
Spikka wkoll ir-ringrazzjament għar-ruħ soċjali tal-Partit Laburista, u rrigrazzjaw lill-Prim Ministru għall-ħidma li għamel u li għad irid jagħmel tul din il-kampanja elettorali.
In-nies fiż-Żurrieq laqgħu b’mod pożittiv ukoll il-proposti tal-Partit Laburista li jwettaqhom jekk jingħata l-fiduċja min-nies.
Fost l-oħrajn semmew it-tnaqqis fit-taxxa għall-ħaddiema u n-negozji, iż-żidiet oħra proposti għall-pensjonanti u anki l-pjan ta’ spazji ħodor għall-pajjiż isbaħ.