“Bħal-lum 14-il sena kienet waħda mill-isbaħ ġranet ta’ ħajti. Grata għal kull mument li nqattgħu flimkien. Inħobbok Robert.”
Dan kien kliem mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, hekk kif illum jimmarkaw erbatax-il sena ta’ żwieġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Roberta Abela u Lydia née Zerafa żżewġu fil-Katidral tal-Imdina nhar id-19 ta’ Ottubru tal-2008. Ir-riċeviment kien sar f’Villa Arrigo, l-għada li Dr Lydia Abela għalqet 30 sena.
Fil-fatt ilbieraħ Dr Lydia Abela għalqet 43 sena.