Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela sostna li, fit-tmienja ta’ Ġunju, irid jintbagħat messaġġ b’saħħtu favur l-għaqda. Meta kien qed jitkellem fost il-komunità fl-Imtarfa, hu sostna li l-għażla qed issir aktar relevanti fejn il-poplu jrid jiddeċiedi x’pajjiż irid u x’Ewropa jrid.
Hawnhekk Dr Abela sostna li l-Partit Laburista għandu pjan ċar għall-Parlament Ewropew u anke għal-lokalitajiet u spjega l-viżjoni li għandu għall-Imtarfa stess.
Qal li, bil-maqlub, il-Partit Nazzjonalista m’għandu l-ebda pjan ħlief dak li jirkeb fuq l-inkjesta.
Il-Prim Ministru temm jgħid kif il-Partit Laburista hu wieħed li jemmen fil-politika tal-inċentiv u stqarr kif l-għażla tat-tmienja ta’ Ġunju hi bejn kontijiet ogħla jew ċekkijiet, inkella l-kastigi minflok l-inċentivi.