Il-Prim Ministru Robert Abela kompla jżur bliet u rħula madwar il-pajjiż fejn mar Għawdex u ltaqa’ mal-komunità tan-Nadur.
Fit-toroq tan-Nadur u l-pjazza ewlenija ltaqa’ man-nies u tkellem mal-komunità kummerċjali.
Fil-fatt tkellem ma’ sidien ta’ negozji u familji.
Il-familji Għawdxin u anki negozji żgħar tkellmu mal-Prim Ministru dwar bosta inizjattivi li qed jieħu l-Gvern fosthom l-istabbiltà fil-prezzijiet ta’ prodotti tal-ikel essenzjali fejn in-negozji ż-żgħar innutaw ukoll l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern biex jikkumpensaw.
In-nies tkellmu wkoll dwar temi lokali u li jolqtu l-komunità.
Preżenti mal-Prim Ministru kien hemm il-kandidat Laburista Għawdxi għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Thomas Bajada u Kunsilliera u kandidati Laburisti għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tan-Nadur.