Fl-aħħar jum tal-kampanja elettorali bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ltaqa’ man-nies fil-Pjazza tal-Kalkara – pjazza li sar xogħol ta’ rinnovar fiha minn Gvern Laburista.
Dr Abela semma li dak li sar fil-Pjazza tal-Kalkara hi riflessjoni tal-ħidma ta’ Gvern Laburista mill-2013 ’il quddiem.
Żied jgħid li l-ispazji miftuħa huma prijorità ambjentali għal pajjiżna, u daqstant huma ta’ prijorità għall-Maltin u Għawdxin.
Il-Prim Ministru saħaq li wara d-dibattitu tal-bieraħ, il-Partit Nazzjonalista għamilha biċ-ċar li s-sostenn u s-sussidji fuq l-enerġija se jkun qed iwarrabhom għax ma jimxux mal-mudell politiku tiegħu.
Il-Prim Ministru sostna li biex dan ma jsirx realtà, nhar is-Sibt għandna nagħtu l-fiduċja tagħna lill-Partit Laburista permezz tal-vot, u appella biex f’dawn is-sigħat li ġejjin, inħeġġu aktar nies sabiex jagħtu vot ta’ fiduċja lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista.
AQRA WKOLL: