It-Tnejn filgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ membri mill-Kabinett u diversi kandidati Laburisti għall-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, sebħu f’San Ġwann biex ikomplu jagħmlu kuntatt man-nies.
Huma żaru diversi stabbilimenti, ċentri u anke tkellmu ma’ dawk li nzertaw fuq il-post biex iħossu aktar il-polz tal-poplu fil-lokal ta’ San Ġwann.
Dawk preżenti tkellmu mal-Prim Ministru, il-Ministru Clifton Grima u s-Segretarju Parlamentari, Alison Zerafa Civelli, dwar diversi temi, partikolarment dawk li jolqtu l-aktar lil-lokal.
Din iż-żjara saret bħala parti mill-kampanja elettorali bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’ li se twassal lill-Partit Laburista sal-appuntament elettorali tat-8 ta’ Ġunju.