Il-Prim Ministru Robert Abela, waqt żjara li għamel f’Misraħ il-Knisja f’Ħal Safi, tkellem dwar l-esperjenzi sbieħ li jġibu magħhom kull darba li jiltaqa’ man-nies fil-lokalitajiet differenti.
Hawn, Dr Abela spjega dwar l-importanza li jitkellem man-nies biex jinħolqu inizjattivi li minnhom igawdi kulħadd u b’hekk jinħoloq il-ġid.
Dr Abela qal li l-Partit Laburista għandu manifest elettorali partikolari għal Ħal Safi, li twieled mill-ideat tan-nies u li l-enerġija ta’ dan il-moviment tiġi mill-entużjażmu ta’ kull persuna fis-soċjetà.
Il-Prim Ministru Robert Abela temm jgħid li dan hu l-għan tal-politika, li tinċentiva u tagħti sostenn biex tkompli tagħti ‘Is-Saħħa lill-Maltin’.