Intant, nhar Ħadd il-Għid, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu, Dr. Lydia Abela, żaru iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Irxoxt, f’diversi rħula u bliet madwar pajjiżna.
F’Bormla, u f’Ħal Qormi, kemm in-naħa ta’ San Bastjan u kif ukoll in-naħa ta’ San Ġorġ, il-Prim Ministru tkellem ma’ diversi persuni preżenti, filwaqt li wera wkoll l-apprezzament tiegħu għat-tradizzjonijiet tal-lokalitajiet rispettivi, li jkomplu jsawru wkoll il-kultura rikka ta’ pajjiżna.
Dan hekk kif anke żar wħud mill-wirjiet tal-Ġimgħa l-Kbira li tant isiru b’dedikazzjoni minn dilettanti ta’ dawn il-festi.
Il-Prim Ministru ltaqa’ wkoll ma’ diversi turisti, li ġew f’pajjiżna sabiex jesperjenzaw l-Għid il-Kbir fostna.