U wara d-diskors tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela xegħel l-urna fuq l-għolja tal-ħelsien permezz tat-torċa.
Dan biex ifakkar it-tlieta u erbgħin sena minn Jum il-Ħelsien.
Kien fil-wieħed u tletin ta’ Marzu tal-elf disa’ mija disgħa u sebgħin meta l-flotta Ingliża telqet minn Malta darba għal dejjem.
Quddiem folla sabiħa ta’ nies li attendiet għal din iċ-ċerimonja mill-isbaħ, ftit jiem biss wara li l-Partit Laburista ngħata l-akbar mandat elettorali sabiex imexxi pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin, Dr Abela flimkien ma’ martu Dr Lydia Abela poġġew bukkett fjuri f’riġlejn il-monument.
Segwew ukoll membri mill-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.