L-Erbgħa filgħaxija l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kompla jiltaqa’ man-nies din id-darba fil-Pjazza tal-Għarb.
Tlett ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali tas-sitta u għoxrin ta’ Marzu, il-Prim Ministru appella lil kulħadd sabiex imur jiġbor il-vot u jivvota għall-Partit Laburista li għandu pjan ċar għall-pajjiż.
Robert Abela qal kif il-Partit Laburista għandu l-kompetenza u l-kredibilità li jieħu lil Malta għal futur isbaħ, anke bl-elf proposta li ressaq fil-Manifest Elettorali tiegħu.
F’Għawdex il-Prim Ministru semma kif Gvern Laburista fis-snin li għaddew ma waqafx jinvesti fin-nies u hekk ser jibqa’ jagħmel jekk jingħata l-fiduċja.
Saħaq kif l-anzjani, iż-żgħażagħ, il-familji, il-ħaddiema u anke negozji, kollha se jgħixu ħajja aħjar jekk is-Sibt li ġej il-poplu Malti u Għawdxi jagħżel lill-Partit Laburista.