It-Tlieta filgħaxija l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kompla jiltaqa’ man-nies fil-Birgu u Ħal Tarxien.
Quddiem folla sabiħa l-Prim Ministru qal kif fis-sitta u għoxrin ta’ Marzu l-poplu Malti u Għawdxi għandu jagħżel lill-Partit Laburista li għandu l-kreddibilità li joffri opportunitajiet lil kuħadd.

Robert Abela qal kif b’kuntrast mal-Partit Nazzjonalista li jrid jieħu l-flus mill-bwiet tan-nies, il-proposti tal-Partit Laburista m’għandhomx kundizzjonijiet magħhom u jaħsbu f’kulħadd.
Hawnhekk semma kif vot lil Partit Laburista jfisser aktar investiment fil-ħaddiema, fiż-żgħażagħ, fil-pensjonanti u allura fil-familji Maltin u Għawdxin.
