Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa kordjali fil-Parlament Ewropew fi Brussell, flimkien mal-President tal-istess Parlament Davide Sassoli.
Waqt din il-laqgħa kienet diskussa t-tema tal-immigrazzjoni u kien hemm qbil li huwa meħtieġ li tinstab soluzzjoni permanenti għal din l-isfida.
Marbuta mal-istess tema, ġie mitkellem il-punt importanti li bħala parti integrali mis-soluzzjoni permanenti trid tinstab soluzzjoni sabiex il-piż jinqasam u mhux ikunu biss ftit pajjiżi li jagħmlu dan.
Fuq l-istess tema tal-immigrazzjoni, il-President Sassoli qal li l-Parlament Ewropew se jkun alleat f’dan ir-rigward.
Waqt din il-laqgħa kien hemm diskussjoni wkoll dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (Green Deal), li huwa qbil dwar miri ta’ enerġija rinovabbli, tibdil fil-klima u temi oħra relatati mal-ambjent.