Il-Prim Ministru Robert Abela awgura lill-President il-ġdid tal-Istati Uniti, Donald Trump u lill-poplu Amerikan f’dan il-kapitlu l-ġdid fl-istorja ta’ dan il-pajjiż.
Il-Prim Ministru Abela, f’isem il-Gvern Malti, awgura lil Trump permezz ta’ kitba fuq il-pjattaforma soċjali X.
Dr Abela qal li Malta minn dejjem tat valur ir-relazzjonijiet b’saħħithom mal-Istati Uniti.
Intqal li l-preżenza tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg turi l-impenn ċar sabiex ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Amerka jissaħħu.