Wara l-aħbarijiet tas-sebgħa u nofs, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela se jkun qed jieħu sehem f’intervista.
Din se tkun qed issir fuq l-istazzjonijiet ONE għall-ħabta tat-8:00pm waqt il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Laburista.
Għal din l-intervista se jkunu qed jieħdu sehem ukoll id-Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista, Chris Fearne u Daniel Micallef. Hu se jkun qed jiġi intervistat mill-Kap tal-Aħbarijiet ta’ ONE News, Sandro Mangion.