Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel waqt waħda minn sensiela ta’ laqgħat mal-istituzzjonijet Ewropej.
Waqt din il-laqgħa ġew diskussi temi fosthom, ir-riformi li qed iwettaq pajjiżna f’dak li għandu x’jaqsam mas-saltna tad-dritt u mal-governanza tajba, u fuq dan il-punt il-Prim Ministru spjega l-passi li ttieħdu, fosthom li ġie maħtur kumitat fi ħdan il-Kabinett biex jiddiskuti l-governanza, u l-fatt li se jkun hemm sistema ġdida ta’ kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija.
Ġiet diskussa wkoll it-tema tal-baġit Ewropew, li se tkun it-tema ewlenija tal-Kunsill Ewropew li jmiss, fejn il-mexxejja tal-pajjiżi membri jridu jaqblu fuq il-pakkett finanzjarju. Dan fid-dawl anke tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel awgura lill-Prim Ministru fl-irwol tiegħu.
🇪🇺 🇲🇹 Today I welcomed PM @RobertAbela_MT for the first time in Brussels. Looking forward to working together at #EUCO on our common challenges #MFF #ClimateChange #Migration
I also gave my full support to PM Abela’s pledges to strengthen the rule of law in #Malta pic.twitter.com/5pYXfxL1Vt
— Charles Michel (@eucopresident) January 28, 2020