Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi triqtu lejn il-Greċja sabiex jattendi għal-laqgħa tal-MED7, fejn jiltaqgħu flimkien il-mexxejja tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea.
Fuqnett tal-aġenda ta’ din il-laqgħa hemm l-immigrazzjoni, l-bidla fil-klima u l-kriżi fl-Afganistan.
Flimkien mal-mexxejja se tkun qed tingħaqad il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen.
Il-mexxejja ta’ dawn il-pajjiżi l-aktar milquta mill-problema tal-immigrazzjoni se jiddiskutu s-sitwazzjoni fl-Afganistan, hekk kif bdiet tfaqqa’ kriżi tal-immigrazzjoni bħal dik tal-2015.
Din il-konferenza tal-MED7 bdiet issir madwar għaxar snin ilu minn Malta, il-Greċja, Ċipru, Franza, il-Portugall, l-Italja u Spanja.
Ma dawn il-pajjiż issa ngħaqdu l-Kroazja u l-Islovenja.