Bħallisa l-Partit Laburista qiegħed itella’ attività politika, li preżenti għaliha se jkun hemm il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela fiċ-Ċentru għall-Interpretazzjoni, fl-Imtarfa.
Waqt din l-attività se jkun hemm diskussjoni dwar l-indipendenza ekonomika li ġab miegħu Jum il-Ħelsien u għaliha se jkun hemm preżenti il-Ministri Silvio Schembri u Clyde Caruana, u l-Membru Parlamentari Laburista Cressida Galea.
L-attività qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet ONE, kif ukoll fuq il-mezzi soċjali.