Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela tkellem dwar l-importanza li wieħed jivvota fl-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju. Sostna kif il-kandidati Laburisti jinġabru wara messaġġ wieħed ta’ Malta l-ewwel u qabel kollox.
Il-Prim Ministru sostna dan meta żar il-komunitajiet ta’ Pembroke u Ħal Lija.
Hawnhekk fakkar kif, waqt żminijiet ta’ sfidi internazzjonali, żamm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli, waqt li qed iżomm stabbli wkoll il-prezzijiet tal-ikel essenzjali sa mill-inqas Ottubru li ġej.
Hawnhekk Dr Abela sostna li l-inflazzjoni naqqset bin-nofs mindu daħlet l-inizjattiva ‘Stabbiltà’.