Ma’ kull ġurnata li tgħaddi, it-8 ta’ Ġunju qed jassumi aktar importanza, hekk kif il-pajjiż irid jiddeċiedi jekk ireġġax l-arloġġ lura jew jibqa’ miexi ’l quddiem. Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt intervent fi żjara fil-lokalità tax-Xgħajra, fejn ukoll tkellem u ltaqa’ ma’ dawk preżenti.
Il-Prim Ministru semma kif amminstrazzjoni preċedenti, għabbiet lill-poplu b’piż enormi meta ffaċċjata bi sfidi internazzjonali. Dr Abela semma kif għall-kuntrarju ta’ dan, sa mill-2013, Gvern Laburista dejjem ra li jagħti stabbiltà minkejja kull sfida.
Il-Prim Ministru tenna kif m’għandniex inħallu l-politika tal-firda terfa’ rasha, filwaqt li appella għall-għaqda nazzjonali. Dr Abela temm jgħid kif dan hu proprju dak li jagħmel lill-poplu Malti, poplu magħqud b’valuri sbieħ.