Il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel żjara fir-raħal żgħir tal-Għargħur fejn ingħata merħba mill-isbaħ anke jekk f’dan ir-raħal il-Partit Laburista hu f’minoranza.
Huwa ħeġġeġ lin-nies biex fil-25 ta’ Mejju li ġej il-poplu joħrog jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista, kemm fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u anke dawk tal-Parlament ewropew. Qal lin-nies biex ma jagħtux każ l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika u s-sondaggi, għax fil-kaxxi tal-vot għad m’hemmx vot wieħed.
Segwi hawn isfel id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat li għamel f’din il-lokalità.