Waqt żjara li għamel fil-pjazza ta’ Ħal Għaxaq, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ltaqa’ man-nies bħala parti mill-kampanja elettorali ‘Is-Saħħa lill-Maltin’.
Il-Prim Ministru tenna kif il-Partit Laburista hu wieħed li jrid imur għand iċ-ċittadini bi 68 manifest għal kull lokalità ta’ pajjiżna u li jitkellem mal-poplu dwar dak li jrid isir biex Malta tkompli tissebbaħ.
Kompla jgħid kif dan il-Partit hu wieħed li jemmen fil-politika tal-inċentiv u stqarr kif l-għażla tat-8 ta’ Ġunju hi bejn kontijiet ogħla u ċekkijiet jew inkella kastigi minflok l-inċentivi.
Il-Prim Ministru saħaq li l-kandidati kollha tal-Partit Laburista pajjiżna u l-lokalitajiet tagħna l-ewwel u qabel kollox u għaldaqstant ħeġġeġ lil kulħadd biex ix-xahar id-dieħel jivvota għall-kandidati kollha tal-Partit ħalli dawn ikomplu jimbottaw favur aktar bidliet pożittivi.