Il-Prim Ministru caretaker Olandiż Mark Rutte salva bi żbrixx il-vot ta’ sfiduċja dwar l-imġieba tiegħu waqt taħdidiet sabiex jifforma Gvern ta’ koalizzjoni.
Huwa jinsab taħt pressjoni wara li l-Parlament adotta mozzjoni formali ta’ diżapprovazzjoni fejn ġie nnutat li huwa ma qalx il-verità waqt dawn it-taħdidiet.
Huwa saħaq li ser ikun qed jaħdem sabiex jerġa’ jirbaħ lura l-fiduċja.