Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu l-ewwel żjara f’din il-kampanja elettorali fil-Birgu. Spikkat il-merħba mill-isbaħ li taw lill-Prim Ministru dawk li kienu fis-suq tal-Birgu u l-kummenti pożittivi li kellhom mhux biss għall-ħidma ta’ Gvern Laburista iżda anke għat-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Kien hemm dawk ukoll li kienu emozzjonati meta raw lill-Prim Ministru u stqarru x’differenza għamlu l-miżuri li wettaq il-Gvern f’ħajjithom, b’referenza b’mod speċjali għar-roħs fid-dawl u l-ilma. Iżda dawn ma kienux l-unika kummenti pożittivi li rċieva l-Prim Ministru hekk kif dawk li kienu diġà taw ħarsa lejn il-proposti ewlenin li ħabbar il-Mexxej Laburista dalgħodu u esprimew is-sodisfazzjon tagħhom li l-ġid li qed jesperjenza pajjiżna se jkunu qed igawdu minnhom huma stess.
Ma naqsux l-awguri għall-Prim Ministru għal din l-elezzjoni u l-kuraġġ biex quddiem l-attakki jibqa’ sod.