Il-Prim Minstru Robert Abela, martu Lydia u binthom Giorgia Mae kienu fost dawk li wieġbu t-telefonati waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ ‘L-Istrina’.
Hawnhekk Dr Abela kellu ċ-ċans jiltaqa’ man-nies li kien hemm preżenti, fosthom il-voluntiera u anki persuni li gawdew mill-għajnuna tal-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
L-edizzjoni ta’ din is-sena qed issir fil-Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop u qed tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon ONE.
Wieħed jista’ jagħmel id-donazzjonijiet fuq dawn in-numri t’hawn taħt:
AQRA AKTAR: