Il-Prim Ministru Robert Abela, waqt żjara li għamel fi Ġnien Raymond Caruana, fil-Gudja, tkellem dwar l-esperjenzi sbieħ li qed iġġib magħha din it-tieni ġimgħa ta’ kampanja elettorali, bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’.
Dr Abela qal li l-moviment Laburista jġib is-saħħa mingħand in-nies, għall-kuntrarju ta’ ħaddieħor, li jrid jagħmel gwerra għall-avvanz personali. Semma kif ġie mfassal manifest elettorali għal kull lokalità.
Fil-fatt, ħabbar ukoll li, mill-ewwel ta’ Ġunju, fil-Gudja, bil-għan li tiġi indirizzata l-problema tal-parkeġġ, erbatax-il triq se joffru parkeġġ limitat bil-ħin għal dawk kollha li mhumiex residenti.
Il-Prim Ministru temm jgħid li dan hu l-għan tal-politika, li tinċentiva u tagħti sostenn biex tkompli tagħti ‘Is-Saħħa lill-Maltin’.