Dalgħodu l-Prim Minsitru Irlandiż Enda Kenny ltaqa’ mall-Prim Minstru Joseph Muscat f’Kastilja.
Il-Prim Ministru Malti tkellem dwar kif pajjiżn jrid jaħdem mal-pajjiżi kollha, filwaqt li huwa konxju mill-kwistjonijiet li l-Irlanda għandha quddiem wiċċha minħabba Brexit. Dak li nkiseb ilbieraħ fil-Malta Summit juri li l-Unjoni Eworpea tista’ tasal għar-riżultati, meta jkollha direzzjoni ċara.
Il-Prim Ministru tal-Irlanda irringrazzja lill-Prim Malti talli qed jagħti priorità lill-eżiġenzi tal-Irlandiżi. Għaraf li l-Presidenta tal-Unjoni Ewropea hija xi haġa kbria għal pajjiż żgħir. Qal li Brexit se jkollu impatt qawwi fuq l-Irlanda, speċjalment f’terminu ta’ negozju. Qal ukoll li l-Irlanda ma tittollerax fruntieri fin-negozju minhabba l-kwistjoni Brexit, kif diġà kkomunika mal-Prim Ministru Theresa May.
Ritratti: DOI Kevin Abela