Il-Prim Ministru tat-Turkija Binali Yıldırım iltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja, l-Belt Valletta. Il-Prim Ministru tat-Turkija u l-Prim Ministru Malti se jkollhom laqgħa ta’ diskussjoni li se tkun qed twassal biex jiġi ffirmat memorandum of understanding.
Għal din iż-żjara f’pajjiżna hawn ukoll numru ta’ Ministri Torok flimkien ma’ delegazzjoni tan-negozjanti mit-Turkija.