Fid-dħul għas-Summit Informali fi Brussell dwar l-immigrazzjoni, il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat spjega li jemmen li s-soluzzjoni li tinsab għandha tgħaqqad fiha numru ta’ proposti u perspettivi li l-mexxejja Ewropej iridu jġibu flimkien.
Il-Prim Ministru spjega li pajjiżna dieħel għal dan is-summit b’moħħ miftuħ, u ttama li kulħadd ikollu l-istess attitudni – fejn ħadd ma jipponta u jwaħħal f’xulxin.
B’hekk, qal, jittama li b’ħidma konġunta, jinħolqu soluzzjonijiet konkreti, iktar u iktar fid-dawl ta’ sitwazzjoni li spjega bħala estremament prekarja.