Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima s-solidarjetà tiegħu, tal-Gvern u tal-poplu Malti direttament lill-Gvern Franċiż wara l-attakk tal-bieraħ filgħaxija f’Nizza.
Il-Prim Ministru għamel dan waqt is-Summit bejn l-Ewropa u l-Asja, magħruf bħala ASEM, fil-Mongolja, fejn għaliha hemm preżenti anki Franza.
Il-Prim Ministru Muscat qal li l-valuri tal-libertà, ugwaljanza u fraternità li l-vittmi kienu qed jiċċelebraw meta nqatlu, għandhom jispirawna aktar minn qatt qabel.
Filwaqt li esprima d-dwejjaq tiegħu għal fatt li jidher li ħafna mill-vittmi kienu familji, fosthom tfal, il-Prim Ministru qal dawn l-atti fuq persuni innoċenti huma insensati u kundanabbli.
Intant,din hi r-reazzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, li wkoll qed jattendi s-summit.