Dalgħodu il-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan Fayez al-Sarraj se jibda żjara qasira f’Malta għal taħdidiet mal-Gvern Malti. Huwa se jkun qed imexxi delegazzjoni li fost l-oħrajn tinkludi wkoll lill-Ministru Libjan tal-Affarijiet Barranin Mohamed Syala.
Il-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan al-Sarraj se jkollu taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Il-President al-Sarraj se jagħmel ukoll żjara ta’ korteżija lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u se jiltaqa’ wkoll mad-Deputat Speaker tal-Kamra tad-Deputati Ċensu Galea.