L-Erbgħa waranofsinhar, il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ lill-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibah f’Kastilja, hekk kif jinsab fi żjara f’Malta.
Il-Prim Ministru Libjan iffirma l-ktieb tal-viżitaturi fejn minn hemm bdiet diskussjoni bejn iż-żewġ Prim Ministri.
Intant il-Prim Ministru Libjan mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ġie milqugħ mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Ian Borg.
F‘kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Ministru Ian Borg qal li jħares ‘il quddiem għal-laqgħat li se jsiru bejn iż-żewġ naħat sabiex ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi jkomplu jissaħħu u jitjiebu.

