Fl-elezzjoni ġenerali tas-Sibt sitta u għoxrin ta’ Marzu, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela kiseb wieħed u għoxrin elf, sitt mija u disgħin vot.
Id-differenza fil-voti bejn iż-żewġ Mexxejja tal-partiti politiċi ewlenin laħqet is-sitt elef, erba’ mija u wieħed u erbgħin vot.
Fuq it-tieni distrett elettorali, li jikkonsisti mit-tliet ibliet tal-Kottonera, Ħaż-Żabbar, il-Kalkara, ix-Xgħajra u parti mill-Fgura, il-Prim Ministru kiseb ħdax-il elf, sitt mija u disgħin vot.
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista kkontesta wkoll fuq il-ħames distrett elettorali. F’dan id-distrett Dr Abela kiseb disa’ t’elef, disa’ mija u sitta u disgħin vot.
Fuq dan l-istess distrett, kkontesta wkoll il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. Dan kiseb ħamest elef, seba’ mija u disgħa u disgħin vot; erba’ t’elef mija u sebgħa u disgħin vot anqas mill-Prim Ministru Robert Abela.
Fuq il-ħames distrett elettorali, minkejja li kien hemm il-kontestazzjoni tal-Kap Nazzjonalista, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech tilef siġġu Parlamentari.
Bernard Grech kkontesta wkoll fuq il-ħdax-il distrett, fejn jgħix.