Il-Prim Ministru Kanadiż qal li l-protesti mix-xufiera tat-trakkijiet fil-Kapitali Ottawa, iridu jieqfu minnufih.
Justin Trudeau qal li l-Kanadiżi huma xxukjati u ddisgustati bl-imġieba ta’ wħud minn dawk li qed pprotestaw, hekk kif wettqu atti ta’ vandaliżmu u razzjali.
Ix-xufiera tat-trakkijiet qed jipprotestaw kontra miżuri ġodda b’rabta mal-Covid-19.
Fi tweet il-Prim Ministru qal kif iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jipprotestaw u li ma jaqblux mal-Gvern, iżda tenna li dawn m’għandhom l-ebda dritt li jistaġnaw l-ekonomija, id-demokrazija u l-ħajja normali taċ-ċittadini l-oħra.