Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat żar il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, f’Raħal Ġdid, fejn bħalissa qiegħda tittella’ l-Freshers’ Week.
Din il-ġimgħa, 6,000 student bdew sena akkademika oħra f’dan il-kulleġġ. Minnhom 2,400 huma studenti ġodda li bdew isegwu wieħed mill-195 kors fuq bażi full-time fuq livell ta’ Foundation, Diploma jew Degree.
Apparti l-korsijiet full-time,3,500 student qegħdin isegwu wieħed mit-300 kors li l-MCAST toffri fuq bażi part-time. Bl-MCAST toffri ukoll tmien korsijiet fl-livell ta’ Masters.
Meta zar Fresher’s Week, il-Prim Ministru kellu ċ-ċans jiltaqa’ u jitkellem mal-istudenti, kif ukoll ma’ kumpaniji u għaqdiet li kienu fuq l-stands tagħhom fil-kampus tal-MCAST.