Il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu kif temm żjara waqt il-freshers week fil-Junior College. Kif mistenni l-Prim Ministru inagħta merħba sabiħa ħafna minn mijiet ta’ studenti li kienu ħerqana jistennew il-wasla tiegħu.
Il-Prim Ministru żar numru ta’ esibizzjonijiet mħejjija minn numru ta’ għaqdiet studenteski fosthom il-Pulse u l-FZL. Wara din iż-żjara l-Prim Ministru kellu laqgħa mat-tmexxija tal-kulleġġ.Din is-sena, fil-Junior College daħlu 950 student ġdid biex issa t-total ta’ studenti qed jaqbeż l-1800. Dawn l-istudenti għandhom l-għażla li jistudjaw mal-20 suġġett bi tħejjija għall-eżamijiet tal-A Levels. F’kummenti li ta lill-midja wara ż-żjara l-Prim Ministru qal li l-Gvern jinsab għaddej b’ħidma sabiex jinħolqu niċeċ oħra ta’ studju fuq suġġetti li bħalissa mhux jiġu mgħallma fl-istituzzjonijiet edukattivi Maltin.
Aktar tard matul il-jum il-Prim Ministru mistenni jżur ukoll l-freshers week fil-campus tal-Università ta’ Malta.