L-iżvilupp tax-xtieli jikkonsisti fi proċess fejn fih li-pjanti jidraw l-elementi.
Dan spjegah ic-chairman ta’ ELC Peter Calamatta waqt żjara li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat f’Wied Inċita l-Erbgħa filgħodu.
Calamatta spjega li l-pjanti jibdew jitkabbru ġewwa u pass pass jersqu lejn barra biex hekk ikunu draw l-elementi kollha.
Il-Prim Ministru Muscat seta’ jara wkoll mill-qrib it-tkabbir tal-pjanti li se jintuzaw waqt l-infjorata.
Qal li l-ELC huwa wieħed mill-ewwel eżempji ta’ PPP f’pajjiżna, u sostna li l-gvern qed iħares ‘il quddiem sabiex dan il-partnership jibqa’ validu u jissaħħaħ.