Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat żar il-maratona ta’ Puttinu Cares fil-Marsa.
Maratona li fetħet iktar kmieni illum u għandha għaddejja sa nhar il-Ħadd li ġej.
Il-Prim Ministru ltaqa’ mal-organizzaturi u l-plejers li qed jilagħbu l-futbol u l-volleyball b’risq Puttinu Cares u t-tfal kollha li tgħin.
Bosta tfal u ġenituri preżenti ħadu l-opportunità li jieħdu ritratt mal-Prim Ministru.
Huwa ltaqa’ wkoll m’għadd kbir ta’ voluntiera li qed jagħmlu ħilithom sabiex tinġabar somma sabiħa għal Puttinu Cares.