Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-komunità tal-Mosta fejn iltaqa’ u tkellem mal-Mostin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Akkumpanjat mis-Sindku u membri tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, il-Prim Ministru żar is-soċjetajiet mużikali u tal-piroteknika li tant jaħdmu għall-festa tal-Mosta.
F’dawn iċ-ċentri kulturali, il-Prim Ministru tkellem dwar il-kontribut tagħhom lejn is-soċjetà, b’mod partikolari bit-tagħlim tal-mużika.
Il-Prim Ministru żar ukoll numru ta’ negozji, fejn iltaqa’ mal-ħaddiema, kif ukoll mal-familji u l-persuni li kienu qed jgħaddu ftit ħin ta’ rilassament fi stabbilimenti tal-ikel.