Il-Prim Ministru Joseph Muscat żar il-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat. Huwa kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.
Il-Prim Ministru qal li din hija ħasra għax il-kommunita’ Franġiskana kienu għadhom kif lestew parti mir-restawrar tal-Knisja. Huwa saħaq li dan ma kienx frott ta’ traskuraġni u li dan jista’ jixhdu hu stess. Huwa tkellem mal-Arċisqof sabiex jevalwaw strutturi li jistgħu ikunu perikolożi. Ġie identifikat post wieħed kappella li tinfetaħ darba fis-sena.
Matul il-lejl li għadda ċeda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal tal-mejda tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ li tinsab fir-Rabat. B’xorti tajba l-inċident seħħ matul il-lejl u ħadd ma ndarab.
Għal iktar dettalji agħfas hawn.