L-Erbgħa filgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela żar il-fiera tal-gaming SiGMA Europe li qed issir fl-MFCC ġewwa Ta’ Qali.
Għas-seba’ darba, pajjiżna ntgħażel biex jilqa’ din il-fiera, li hija waħda mill-akbar fieri tal-iGaming madwar id-dinja.
Din il-fiera attirat lejn pajjiżna rekord ta’ 600 investitur.
Għall-ewwel darba din il-fiera ġabret ukoll taħt saqaf wieħed l-investituri interessati fis-settur tal-intelliġenza artifiċjali u l-blockchain.
F’din iż-żjara, Dr Abela nnota s-sens ta’ ottimiżmu fost l-investituri preżenti li qed iħarsu lejn Malta bħala opportunità fejn jinvestu.
Il-Prim Ministru Robert Abela awgura li għal sena oħra, din il-fiera tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ pajjiżna f’dawn is-setturi.