Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela żar il-Birgu waqt il-festa ta’ San Lawrenz, ilbieraħ.
Hawnhekk, Dr Abela ltaqa’ ma’ bosta familji u persuni li kienu qed igawdu s-sajf Malti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq Facebook, Dr Abela sostna li huma ljieli mill-isbaħ fl-ibliet u l-irħula mlibbsin għall-festa.
F’ritratt fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Prim Ministru kien qed jieħu ritratt ma’ grupp ta’ tfal.
