Dik li hija l-unika lokalità dimensia friendly fl-Ewropa, San Lawrenz f’Għawdex, laqgħet lill-Prim Ministru Joseph Muscat u s-sinjura Michelle Muscat fi żjara qasira fejn ir-residenti kellhom l-opportunità li juru lill-Prim Ministru dak li l-lokalità tagħhom għamlet f’dan il-proġett pilota.
F’inizjattivi ta’ San Lawrenz jinkludu taħriġ lir-residenti kollha b’mod speċjali dawk li joffru s-servizzi, fosthom, fil-Paroċċa, fil-ħwienet tal-merċa u fir-restoranti. Filwaqt li ttellgħu sinjali madwar il-lokalità bi stampi ta’ fejn it-triq twassal biex l-anzjani bid-dimensia jkunu jistgħu jgħixu kemm jista’ jkun b’mod indipendenti fis-soċjetà. Il-Prim Ministru żar id-dar tal-anzjani tal-Gvern, Villa San Lawrenz, li hija waħda mid-djar li minn tal-Knisja saret tal-Gvern.
Il-Prim Ministru awgura lil dawn l-anzjani li nżammu fl-aħjar kura u kumdità possibbli filwaqt li qal li kien impressjonat bil-mod li bih din il-lokalità kienet ta’ suċċess f’din l-inizjattiva tagħha. Is-Segretarju Parlamentari għall-anzjanità attiva Justyne Caruana, filwaqt li għamlet referenza għall-passi ta’ġgant li saru fil-qasam tal-anzjanità attiva fil-gżira Għawdxija tenniet li l-inizjattivi se jissoktaw fix-xhur li ġejjin kemm-il darba Gvern Laburista jerġa’ jikseb il-fiduċja.