Illejla, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia, sellmu l-memorja tal-Arċisqof Emeritu, il-Monsinjur Pawlu Cremona.
Dan meta l-Prim Ministru, flimkien ma’ martu żaru l-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fil-Belt, fejn hemm espost il-Monsinjur Cremona. Hawnhekk il-Prim Ministru ffirma l-ktieb tal-kondoljanzi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-aħħar tislima lill-Arċisqof Pawlu Cremona, li serva bħala Arċisqof bejn l-2007 u l-2014, se tingħata għada fid-9:30am.
