Bi tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument tar-Repubblika, fit-triq li ġġib isem id-data ta’ din il-kisba importanti għal pajjiżna, il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika.
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat, fakkar kif illum qed niċċelebraw it-43 sena minn dan il-pass storiku importanti u m’għandniex inħarsu biss lejn iċ-ċelebrazzjonijiet u t-tifkiriet. Iżda, għandna nħarsu ‘l quddiem biex il-pajjiż jiġġedded b’tibdil kostitizzjonali. Tibdil li l-Prim Ministru hu impenjat li jara li jitwettaq tul din il-leġiżlatura.
Il-Prim Ministru kien akkumpanjat minn membri tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, membri tal-grupp parlamentari, membri tal-kunsill lokali tal-Marsa u attivisti oħrajn.