Il-Prim Ministru Robert Abela sellem lill-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici, f’jum għeluq sninu.
Dan hekk kif illum, Dr Mifsud Bonnici għalaq 88 sena.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Dr Abela awgura lil Karmenu Mifsud Bonnici iktar snin ta’ ħajja u saħħa.
Dr Abela qal li waqt din il-laqgħa li kellhom tkellmu dak li għaddej f’pajjiżna u madwar id-dinja.
Karmenu Mifsud Bonnici mexxa l-Partit Laburista bejn l-1984 u l-1992.
Fejn bejn l-1984 u l-1987, Dr Mifsud Bonnici serva bħala Prim Ministru.