F’kitba fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela sellem il-memorja tal-artist “li ta ħafna lix-xena lokali”, Pedja Miletic.
Huwa ħalla din id-dinja llum, fl-ewwel jum ta’ din is-sena.
Dr Abela qal li xogħlu kien jitkellem għalih bħal ma jitkellmu ħafna li ħadmu ma’ Pedja għall-enerġija, l-entużjażmu u l-imħabba li dejjem wera fuq xogħlu.
Il-Prim Ministru nnota li l-aħħar biċċa xogħol li ħadem kienet propju ftit tal-jiem ilu fuq il-produzzjoni tal-innu Malti, li ġie varat ilbieraħ, waqt il-messaġġ tas-sena l-ġdida.
AQRA AKTAR: