Illejla l-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Karin Grech.
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela flimkien mal-amministrazzjoni tal-Partit, poġġew fjuri quddiem il-monument ta’ Karin Grech f’San Ġwann.
Dr Abela stqarr kif l-assassinju ta’ Karin Grech ifakkar x’jiġri meta jkun hemm in-nuqqas ta’ raġuni.
Spjega kif f’dan il-każ, missier Karin Grech refa’ t-telfa ta’ bintu għaliex ġab l-interess tal-pazjenti u l-interess nazzjonali qabel.
Qal li din il-weġgħa baqa’ jġorrha sal-lum anke minħabba l-fatt li f’dan il-każ ma saritx ġustizzja.
Huwa wiegħed l-impenn tiegħu biex dak li seħħ erbgħa u erbgħin sena ilu ma jerġax jirrepeti ruħu.