Illejla l-Prim Ministru Robert Abela kien fi Strasburgu, hekk kif fil-Parlament Ewropew fakkar il-memorja tal-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli.
Sassoli miet it-Tlieta li għadda fl-età ta’ ħamsa u sittin sena, wara li kien l-isptar minħabba kumplikazzjonijiet serji li żviluppawlu kawża ta’ problemi fis-sistema immunitarja tiegħu.
Mal-wasla tiegħu, il-Prim Ministru Malti ffirma fuq il-ktieb tal-kondoljanzi.
F’din iċ-ċerimonja kien hemm diversi mexxejja Ewropej u Membri Parlamentari Ewropej u Dr Abela kellu laqgħa ma’ Roberta Metsola, li qed tokkupa l-kariga t’Aġent President tal-Parlament Ewropew.
Preżenti kien hemm qraba ta’ Sassoli.